Skont data li qed toħroġ fuq sit partikolari, Net News jista’ jikkonferma li fl-aħħar sigħat, erba’ persuni mietu waqt bil-Covid-19. B’hekk in-numru ta’ vittmi żdied għal 656. Fl-aħħar ġimgħa kellna 18-il mewta kaġun tal-pandemija.
Bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa nstabu 659 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 420 persuni oħra, biex hekk in-numru ta’ każijiet attivi tela’ għal 8,592.
Għal jum ieħor, informazzjoni dwar is-sitwazzjoni fl-isptarijiet ma ħarġitx.
//= $special ?>