In-Nazzjonijiet Uniti, fl-aħħar sigħat, esprimiet tħassib kbir dwar il-kriżi umanitarja u l-atroċitajiet li qed iwettqu l-qawwiet Russi fl-Ukrajna.
Dan waqt li l-President Ukren, Volodymyr Zelensky, akkuża lil Moska dwar ‘it-tkomplija tar-reati kontra l-bniedem’ fil-belt ta’ Borodyanka, viċin ta’ Kiev, il-kapitali Ukrena.
Madankollu, il-kelliem għall-Kremlin, Dmitry Peskov ċaħad għas-suġġerimenti li t-truppi Russi huma responsabbli għall-esekuzzjonijiet ta’ ċivili fil-belt ta’ Bucha. Hu insista li ‘dawn huma żmenijiet karatterizzati mill-gideb u l-qerq’ u anki prova jiskuża l-aħħar sejbiet tal-katavri ta’ ċivili f’dik il-belt bħala ‘pantomima organizzata bil-ħsieb li titfa’ dell kbir fuq ir-Russja’.
//= $special ?>