Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Prezzijiet tal-ikel rekord b’riżultat tal-konflitt

Sar magħruf li l-gwerra fl-Ukrajna kkaġunat theżżiża oħra fis-swieq tal-qmuħ u ż-żejt tal-ikel – u bir-riżultat li l-prezzijiet tal-ikel madwar id-dinja qabżu għal livell rekord f’Marzu.

Dan kien żvelat mill- UN Food and Agriculture Organization (FAO) u meta l-Ukrajna u r-Russja huma esportaturi ewlenin tal-ikel bażiku.

Intant, il-ġimgħat ta’ konflitt fl-Ukrajna affettwaw sew il-produzzjoni agrikola u bl-effett li l-prezzijiet sparaw ‘il fuq bil-kbir.

U filwaqt li xi 30 fil-mija tal-qmuħ tad-dinja ġejjin mill-Ukrajna u r-Russja ma setax jonqos li din il-gwerra qed taffettwa l-esportazzjoni minn dawn il-pajjiżi b’mod sinifikanti.