Lokali Unjoni Ewropea

Il-Kummissjoni Ewropea se tieħu azzjoni dwar l-esportazzjoni tal-qamħ

Fil-bidu ta’ Marzu, importaturi tal-qamħ f’pajjiżna spjegaw kif kienu qed jaffaċċjaw diffikultajiet serji meta jippruvaw jakkwistaw qamħ u ċereali oħrajn biex jimpurtawh lejn Malta. Dan meta diversi stati għażlu li jivvintaw liġijiet li jagħmlu l-esportazzjoni suġġetta għal numru ta’ regoli u restrizzjonijiet. Kif spjega l-Kelliem Ewlieni tal-PN, dan imur kontra l-ligijiet u l-principji kollha tal-Unjoni Ewropew ghaliex suppost, dan huwa suq miftuħ fejn il-pajjizi jagħmlu kummerċ liberu ma xulxin.

Dan hu l-impatt ta’ dak li qed jigri bejn ir-Russja u l-Ukrajna li jesportaw hafna qamh. Min ghandu l-qahm issa qed izomu ghalih minflok jesporta. Dawn kienu l-kummenti li ta lil Net News, il-Kelliem Ewlieni tal-PN Peter Agius li spjega wkoll illi il-PN ser jibqa’ jaċċerta’ li pajjiżna jkollu provvista xierqa ta’ prodotti bażici bħal qamħ.