Il-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA approva ‘regolamenti sostenibbli’ li se jieħdu post ir-regoli preżenti tal-Financial Fair Play (FFP). Dan tħabbar mill-President tal-UEFA Aleskander Ceferin, bir-regoli l-ġodda mistennija jirregolaw il-pagi, it-trasferimenti kif ukoll il-ħlas li jkollhom l-aġenti bħala parti mit-trasferiment.
Ir-regoli tal-Financial Fair Play kienu ddaħlu minn Michel Platini u Gianni Infantino, il-President attwali tal-FIFA, fejn il-European Club Association kienet fost dawk li ma qablux li jiddaħlu dan is-set ta’ regoli.
Ir-regoli attwali jippermettu li clubs jonfqu sa’ €5 miljun aktar minn dak li jiġġeneraw fuq perjodu ta’ tliet snin. Madanakolllu l-istess regoli kienu jippermettu li dan l-ammont jinqabeż bi €30miljun kemm-il darba dawn ikunu tħallsu minn sid il-club jew xi ħadd relatat mal-istess club.
Ir-regoli l-ġodda se jkunu qed iħarsu li joħolqu bilanċ finanzjarju kif ukoll sostenibilta’ finanzjarja fost il-clubs bil-għan li tiżdied il-kompetizzjoni fost i-clubs fl-Ewropa.
//= $special ?>