Elezzjoni 2022 Lokali Parlament

It-Tielet Distrett se jkollu tliet deputati tal-PN

“Lealtà sħiħa lejn l-elettorat. Lealtà lejn il-PN. Team ta’ deputati maqgħuda wara l-Kap tal-PN Bernard Grech.” – Hekk stqarret il-Kandidat tal-PN Janice Chetcuti meta kienet qed tispjega għalfejn għażlet li ma titfax isimha għall-elezzjoni każwali tal-PN li se ssir it-Tlieta li ġej.

Din id-deċiżjoni ta’ Janice Chetcuti se twassal biex fl-elezzjoni każwali tat-Tlieta, fuq it-Tielet distrett titla’ persuna oħra, filwaqt li Chetcuti titla xorta, iżda bil-mekkaniżmu tal-ġeneru u għalhekk ir-rappreżentanza ta’ Deputati tal-PN, fil-Parlament, mit-3 distrett, wara ħafna snin tkun ta’ iktar minn persuna waħda, b’total ta’ tlett deputati.