Pajjizna tul il-jum fakkar Jum id-Duluri – ġurnata illi bdiet tiġi ċelebrata sa minn qabel it-Tieni Gwerra Dinjija, imma żiedet sew fil-popolarità fit-tieni nofs tas-Seklu l-iehor.
Il-purċissjonijiet tradizzjonali tad-duluri f’pajjiżna … ta’ kull sena kienu jiġbdu lejhom folol kbar li jimxu bl-akbar qima u fil-ġabra tat-Talb tar-rużarju, b’uħud jimxu wara d-Duluri … anke ħafja… biex iwettqu l-wegħdi tagħhom.
Iżda minħabba li sal-Ġimgħa kienu għadhom fis-seħħ ir-restrizzjonijiet marbuta mal-Covid-19… ħafna parroċċi għażlu li jmexxu l-purċissjonijiet għal nhar il-Ħadd li gej, f’HĦadd il-Palm.
Din il-purcissjoni tad-Duluri ilha 3 snin ma ssir minħabba l-pandemija.
Skont dokumenti li jeżistu, jidher li f’dan il-perijodu tal-Covid….kien l-ewwel darba li ġiet imħassra din il-kommemorazzjoni, bil-purċissjonijiet kollha ma jsirux minħabba r-restrizzjonijiet. Għalkemm kaġun tal-maltemp, il-purċissjoni tal-Belt ġieli ma saritx, jew minflok ħarġet f’Ħadd il-Palm.
Intant, f’dan il-jum l-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna mexxa quddiesa mis-Santwarju tal-Mellieħa… fejn fakkar fid-dulur kbir li bħalissa għaddejin minnu diversi ommijiet f’zoni ta’ gwerra.
Monsinjur Arċisqof fakkar ukoll kif il-Papa Franġisku waqt iz-zjara tiegħu f’pajjiżna, kien qrib min qed ibati u l-vulnerabbli – nies li jgħixu ta’ kuljum id-dulur ta’ Marija.
Intant, fl-aħħar ta’ din iċ-ċelebrazzjoni, l-Arċisqof għadda talba speċjali li kiteb il-Papa nnifsu għal dan is-Santwarju Marjan – talba li għaddiha lill-Arċipriet Fr Joe Caruana, u li titkellem dwar il-Madonna bħala l-omm tat-tenerezza u l-kompassjoni.