Lokali Qorti

Sentenza sospiża fuq attentat ta’ serq ta’ ħwejjeġ minn stabbiliment

Libjan ta’ 35 sena ġie kkundannat tmien xhur ħabs sospiżi għal 15-il xahar wara li ammetta li nhar l-Erbgħa għall-ħabta tal-10.00 a.m. ittanta jisraq xi ħwejjeġ minn stabbiliment f’Ħal Qormi. Marzoq Abdelaiz ammetta li huwa ma wettaqx is-serqa minħabba raġunijiet indipendenti u aċċidentali mill-volontà tiegħu għad-dannu tal-kumpanija Decathlon.

L-Ispettur Roderick Agius qal lill-Qorti preseduta mill-Maġistrat Josette Demicoli li l-imputat daħal u ħa xi ħwejjeġ ma bla ħallas. Hawn waqqfuh ufficjali tas-sigurtà, iżda l-Libjan spiċċa jheddidhom u joffendihom. Il-Pulizija marru fuq il-post u arresstawh u fuqu sabu dokumeni mhux tiegħu li rriżulta li kienu  nsterqu minn vettura ftit qabel. Meta kellmuh, huwa nfurmahom li m’għandux indirizz.

L-Ispettur Agius qal li l-ħwejjeġ misruqa ġew ritornati għax l-imputat ma rnexxielux joħoroġ bihom. Huwa ammetta magħhom u kkopera. Abdelaiz qal li ddispjaċih ħafna għal dak li għamel u tenna li fil-ħajja kulħadd jagħmel żball, aktar u akrar li mess ukoll mad-droga.

Huwa qal lill-Qorti li qabel kien jaħdem għal rasu iżda waqa’ fil-vizzju tad-droga. “Nixtieq li jkolli ħajja aħjar” huwa qal b’leħen li kien jidher li qed jiddispjaċih għal dak li għamel..

Il-Qorti qaltlu li jista’ jerġa’ jaħsibha fuq l-ammissjoni u nfurmatu wkoll li għal dawn it-tip tga’ akkużi jista’ jkun hemm ħabs effettiv. Wara li ngħata ċ-ċans huwa kkonferma l-ammissjoni tiegħu.

Fis-sentenza tagħha l-Qorti qieset il-fatt ta’ ammissjoni bikrija u anke l-fatt li l-prosekuzzjoni u d-difiża qablu li l-imputat m’għandux jingħata piena karċerarja. Il-Maġistrat Demicoli qaltlu li issa jrid joqgħod ferm attentat li ma jikkommettiex reat ieħor u jispiċċa l-ħabs anke fuq ir-reat ta’attentat fuqu kellu s-sentenza ta’ ħabs sospioża. Għal Libjan deher l-Avukat David Bonello bil-prosekuzzjoni titmexxa mill-Ispettur Roderick Agius.