Internazzjonali

Von der Leyen u Borrell se jkunu qed iżuru Kiev fis-sigħat li ġejjin

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula Von der Leyen u l-Kap tal-Politika Barranija tal-Unjoni Ewropea, Josep Borrell se jkunu qed iżuru l-belt kapitali Ukrena, Kiev fis-sigħat li ġejjin. Dan ġie mħabbar permezz ta’ post fuq Twitter.

Fi Kiev, Von der Leyen u Borrell se jkollhom laqgħa mal-President tal-Ukrajna, Volodymyr Zelenskyy. Il-ġimgħa li għaddiet il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola għamlet żjara proprju f’din il-Kapitali fejn ukoll waslet messaġġ fil-Parlament Ukren dwar kif l-Ewropa hija l-Ukrajna.

L-Ukrajna għadha qed takkuża lir-Russja li qed tattakka intenzjonalment inħawi fejn jgħixu persuni innoċenti. L-invażjoni Russa fl-Ukrajna daħlet fl-44 jum.