Fl-aħħar sigħat mietu tliet persuni oħra waqt li pożittivi għall-Covid-19 biex b’hekk it-total ta’ vittmi f’pajjiżna hu dak ta’ 659.
U fl-aħħar 24 siegħa rriżultaw 563 persuna pożittiva għall-virus filwaqt li fiequ 226 persuna oħra. Dan itella’ l-każi attivi għal 8,821.
Fid-dawl tal-fatt li l-Ministeru tas-Saħħa mhux jippubblika ċ-ċifri tal-Covid f’pajjiżna, il-pubbliku m’għandux aċċess għall-ammont ta’ persuni li jinsabu fl-Isptar Mater Dei pożittivi għall-virus u dawk li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
//= $special ?>