Matthias Mizzi
SANTA LUCIA…..2
SIRENS……………..2
Santa Lucia: J. Haber, A. Prates, J. Pisani, N. Pulis, G. Conti (K. Xuereb 59’), V. Plut, A. Valpoort (J. Tanti 89’), L. Pretes, J. Zerafa, L. McKay (A. Da Silva Souza 85’), Y. Soares
Sirens: J. Debono, H. Marcelino, C. Borg (D. Jackson 71’), B. Gavrilla, A. Effiong, A. Borg, J. Walker, C. Zammit Lonardelli, A. Cini, C. Riascos, V. Vieira
Skorjaw: 41’ B. Gavrilla, 54’ A. Valpoort, 57’ A. Valpoort, 75’ B. Gavrila
Imwissija: N. Pulis 33’, L. McKay 52’, A. Prates 70’
Referee: Stefan Pace
Assistenti Referees: Luke Portelli u Thomas Debono
Il-Mument Plejer tal-logħba: Ayrton Valpoort (Santa Lucia)
BOV Plejer tal-logħba: Ayrton Valpoort (Santa Lucia)
Fit-Tony Bezzina Stadium, Santa Lucia kellhom jikkuntentaw bi dro minkejja l-isforzi tagħhom. F’bidu kwiet u bilanċjat miż-żewġ timijiet, Santa Lucia marru l-ewwel viċin permezz ta’ xutt imblokkat mill-viċin ta’ Vito Plut wara li Jame Zerafa għadda tajjeb lejh minn free-kick. Fit-38 minuta Jurgen Pisani avvanza tajjeb u ttanta xortih minn pożizzjoni angolat iżda l-konklużjoni tiegħu ma kinitx ta’ periklu għal Jonathan Debono. Hekk kif Santa Lucia kienu qed jamministraw il-partita, fil-41 minuta Sirens ħasdu lill-avversarji meta Bogdan Gavrilla avvanza tajjeb fil-kaxxa u b’eleganza tefa’ l-ballun fix-xibka. Proprju qabel tmiem l-ewwel taqsima l-yellows wieġbu b’daqqa ta’ ras ta’ Yoel Soares wara kross preċiż fuqu minn Zerafa.
Fit-tieni taqsima Sirens komplew fuq dak li ħallew fit-taqsima preċedenti biex fit-48 minuta azzjoni personali fuq il-linja xellugija tal-Brażiljan Vitor Vieira kienet perikoluża għad-difiża tal-avversarsarji. Fir-54 minuta Santa Lucia sarrfu l-isforzi tagħhom meta fil-kaxxa Ayrton Valpoort qabeż plejer avversarju u mill-viċin għeleb għalkollox lil Debono b’xutt fl-anglu. Tliet minuti biss wara t-tim immexxi minn Giovanni Tedesco ħasad lil Sirens u mar fil-vantaġġ meta l-istess plejer Valpoort f’azzjoni simili minn fuq il-lemin kkonkluda b’preċiżjoni fix-xibka. Sirens ma qatgħux qalbhom biex fil-75 minuta Gavrila reġa’ skorja għat-tim tiegħu din id-darba b’xutt b’saħħtu mill-viċin wara kross fil-baxx li ppenetra d-difiża. Fl-aħħar mumenti tal-partita Sirens dehru aħjar mill-avversarji tant li fid-90 minuta Effiong baqa’ dieħel u xxuttja fil-baxx minn ġol-kaxxa iżda Haber kien attent u salva b’diffikultà.
//= $special ?>