Rowen Camilleri
HIBERNIANS……..0
FLORIANA…………0
Hibernians: I. Kone, F. Apap (J. Zerafa 73′), L. Almeida, R. Dos Anjos (A. Muniz 70′), J. Grech, J. Degabriele (Z. Grech 83′), T. Aldama, A. Agius, G. Artiles, A. Diakite, F. Da Costa
Floriana: G. Kitanov, A. M. Overend, C. Rujtens, O. El Hasni (R. Hovsepjan 80′), K. Reid, (J. Arias 69′) A. Ciolacu, N. Garcia, B. Paiber, E. Callegari, J. Busuttil, R. Camenzuli
Imwissija: N. Garcia 23’, C. Rutjens 48′, B. Paiber 84′ (F), L. Almeida 28’, R. Dos Anjos 69′, T’ ALdama 80′, J. Degabriele 83′ (H)
Referee: Slobodan Petrovic
Assistenti Referees: Jurgen Spiteri u Duncan Sultana
Il-Mument Plejer tal-logħba: Andrei Agius (Hibernians)
BOV Plejer tal-logħba: Andrei Agius (Hibernians)
F’partita bbilanċjata u tattika għall-aħħar, Hibernians u Floriana spiċċaw fi dro ta’ 0-0 biex il-Pawlisti rnexxielhom iżommu posthom fil-quċċata tal-klassifika filwaqt li Floriana żammew it-tamiet tagħhom ħajjin fil-ġlieda għar-rebħ tal-kampjonat. Iż-żewġ timijiet kienu ġejjin minn telfa fl-aħħar ħarġa tagħhom fejn Hibernians il-ġimgħa li għaddiet tilfu kontra Ħamrun Spartans filwaqt li Floriana sofrew telfa ta’ 1-0 kontra Gżira United.
Żewġ bidliet minn naħa ta’ Sanderra fejn minflok Dunstan Vella, li kien sospiż, lagħab lil Raphael Dos Anjos filwaqt li Filpe Da Costa beda l-partita minflok Zachary Grech. Minn naħa l-oħra Atzori b’erba’ bidliet mill-partita kontra Gżira fejn minflok Hovzepjan, Arias, Keqi u Cassar għażel li jibda lil Garcia, Paiber, Reid u Rutjens.
L-ewwel azzjoni lejn il-lasti waslet fid-disa’ minuta minn naħa ta’ Hibernians meta kien Aldama li minn naħa tax-xellug prova xutt li mpenja lil Kitanov li kellu jdawwar f’korner. Żewġ minuti wara azzjoni fuq in-naħa l-oħra fejn kien Andrei Ciolacu li wara azzjoni personali fil-kaxxa avversarja ra l-konklużżjoni tiegħu taħbat mal-ġenb tax-xibka. Fil-25 minuta Floriana għoddewha b’waħda meta l-goalkeeper Kitanov żbalja l-passaġġ tiegħu, bil-ballun jispiċċa għand Degabriele li prova xutt bi prattikament lasta vojta iżda l-ballun kien devjat fil-ħin minn Callegari għal korner. Erba’ minuti wara kontratakk ta’ Hibernians permezz ta’ Jake Grech li tefa’ kross li sab lil Da Costa li wara li kkontrolla prova xutt li mar ftit barra. Fl-aħħar kwarta ż-żewġ timijiet dehru aktar attenti li ma’ jaqilgħux il-goal u l-ewwel taqsima ntemmet 0-0.

Fit-tieni taqsima l-partita kompliet kif spiċċat fl-ewwel 45 minuta, biż-żewġ timijiet b’attenzjoni massima li ma’ jaqilgħux il-goal u dan irrifletta fin-nuqqas ta’ azzjonijiet lejn il-lasti taż-żewġ goalkeepers li ma’ kienu pratikkament impenjati qatt fit-tieni taqsima. Fil-85 minuta kellna goal imħassar għal Hibernians meta minn azzjoni ta’ free-kick kien Almeida li niżżel il-ballun bir-ras lil Adrei Agius li tefa’ l-ballun fix-xibka iżda Jurgen Spiteri mill-ewwel għolla l-bandiera għal offside . Fl-aħħar mintua tal-ħin miżjud is-sostitut ta’ Floriana Hovsepjan għal ftit ma’ ħasadx lil Kone meta minn tliet kwarti ta’ ground prova xutt b’saħħtu li għadda mħakkek mal-wieqfa. Il-konfront intemm fi dro ta’ 0-0 hekk kif issa meta fadal tliet logħbiet id-distakk bejn dawn iż-żewġ timijiet jibqa dak ta’ żewġ punti favur Hibernians.
