Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Ġeneral ġdid għall-militar Russu

Fl-Ukrajna, il-kunflitt qed isir dejjem aktar sensittiv, hekk kif fl-aħħar sigħat sar magħruf li l-militar Russu reġa’ organizza ruħu u ħatar Ġeneral ġdid biex jikkordina l-attakki, għalkemm il-Kremlin qed ikompli jiċħad li ċ-ċivili Ukreni kienu fil-mira tiegħu.

Fil-fatt, kelliem għall-Gvern ta’ Putin qal li l-filmati u r-ritratti li qed jixxandru huma biss falsifikazzjoni monstruża.

Rapporti qed jindikaw li l-Ġeneral il-ġdid hu Alexander Dvornikov, li fil-passat kien abbinat ma’ uħud mill-agħar atroċitajiet li seħħew fis-Sirja, taħt it-tmexxija ta’ Bashar al-Assad, magħruf għall-appoġġ li dejjem kellu mir-Russja.