Futbol Sport

Mosta jdawru telfa f’rebħa fit-tieni taqsima

Matthias Mizzi

MOSTA………….3

BAZLAN…………2

Mosta: E. Akpan, R. Briffa (J. Vassallo 56’), C. Ememe (W. Donkin 46’), E. Acheampong, C. Faila, J. Bezzina (M. Mifsud 62’), B. Diarra, L. Riascos, R. Morisco, S. Akinbule (A. Antwi 89’), R. Ekani

Balzan: R. Briffa, A. Loof, M. Grima (J. Grech 89’), M. Duric, N. Gulan (B’ Kaljevic 79’), M. Johnson, U. Ljubomirac, M. Zlatkovic, M. Mijic, A. Andrejic, S. Cipriott (G. Camilleri 57’)

Imwissija: M. Mijic 27’, S. Cipriott 34’, L. Riascos 34’, M. Johnson 52’ , J. Bezzina 57’,

Imkeċċija: L. Riascos 90+3’ (M)

Skorjaw: M. Mijic 45+1’, S. Akinbule 72’, M. Mifsud 78’, S. Akinbule 82’, M. Zlatkovic 90+1’

Referee: Philip Farrugia

Assistenti Referees: Alan Camilleri u Paul Apap

Il-Mument Plejer tal-Logħba: M. Mifsud (MST)

BOV Plejer tal-logħba: Uros Ljubomirac (BLZ)

Mosta jkunu kapaċi jqumu għall-okkażjoni u jdawru telfa f’rebħa b’tliet gowls fit-tieni taqsima. F’bidu kwiet u mingħajr azzjonijiet perikolużi l-ewwel tentattiv lejn il-lasti wasal mad-19-il minuta b’xutt mill-bogħod ta’ Johann Bezzina u li Rudy Briffa laqa’ mingħajr wisq diffikultà. Għaxar minuti wara d-difiża ta’ Balzan għarrfet timblokka xutt mill-viċin ta’ Clayton Faila li faċilment seta’ jkun ta’ detriment għalihom. Mosta komplew jirsistu biex sitt minuti wara Edwin Acheampong ra x-xutt tiegħu mill-bogħod fl-anglu salvat b’mod stupend minn Briffa. Balzan kienu għall-ewwel darba perikolużi fil-partita mal-erbgħin minuta logħob meta l-captain Uros Ljubomirac avvanza tajjeb lejn il-kaxxa u b’kross b’saħħtu tefa’ lid-difiża taħt pressjoni sakemm dawret f’corner. Proprju qabel tmiem qabel tmiem l-ewwel taqsima, Balzan daħlu jistrieħu b’goal vantaġġ meta mill-viċin is-Serb Milos Mijic xeħet il-ballun fix-xibka wara pass preċiż fuqu li ppenetra d-difiża Mostija.

Fit-tieni taqsima, proprju fis-56 minuta Marcus Grima ttanta xortih mill-bogħod madankollu l-konklużjoni tiegħu għaddiet għoli. Mas-siegħa logħob Mosta ħelsuha ħafif meta minn taħt il-lasta Milan Duric għamel l-impossibbli u xxuttja għoli wara kross fil-baxx fuqu. Balzan komplew jirsistu biex żewġ minuti biss wara Aleksa Andrejic ra t-tentattiv tiegħu mill-bogħod imdawwar f’korner b’mod stupend minn Briffa. Mosta ma qatgħux qalbhom biex fit-72 minuta huma għamlu l-iskor indaqs meta s-solitu Sunday Akinbule żmarka tajjeb lid-difiża fil-kaxxa ż-żgħira u b’xutt preċiż xeħet il-ballun fix-xibka. Ħames minuti biss wara s-sostitut u veteran Michael Mifsud ħasad lil Balzan meta fil-kaxxa ż-żgħira għaraf pass fuqu u b’xutt fil-baxx tefa’ lit-tim tiegħu fil-vantaġġ. It-tim Mosti baqa’ jiddettta l-logħba fit-tieni taqsima biex ħames minuti wara f’kontrattakk Mifsud tefa’ lil Akinbule f’pożizzjoni li minnha ma setax jiżbalja. Mad-disgħin minuta Balzan naqsu l-marġni tal-iskor b’daqqa ta’ ras ta’ Zlatkovic. Fl-aħħar mumenti tal-partita Mosta sfaw jilgħabu bi plejer inqas wara li d-difensur Riascos intwera t-tieni karta safra minħabba foul f’nofs il-ground.