Internazzjonali

Multa ta’ $82,000 wara li attakkat membri tal-ekwipaġġ

Passiġġiera li kienet abbord ajruplan li kien sejjer minn Dallas għal Charlotte f’North Carolina f’Lulju li għadda weħħlet kważi 82,000 dollaru f’multa.

Dan wara li l-istess persuna mbuttat flight attendant, beżqet fuq membri tal-ekwipaġġ, u saħansitra provat tiftaħ wieħed mill-bibien tal-ajruplan meta kienu jinsabu diġa’ fl-ajru.

Eventwalment, il-passiġġiera ntrabbtet hekk kif mhux biss bdiet tattakka lill-membri tal-ekwipaġġ iżda wkoll passiġġieri oħra abbord. Kien ghal din ir-raguni li hi giet immultata mill-Qorti.