Persuna ttieħdet l-Isptar Mater Dei wara li għall-ħabta tas-6:30am seħħ inċident bejn vann u karozza fi Triq il-Qawra, il-Qawra.
Fuq il-post issejħu l-Pulizija fejn mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li seħħ inċident bejn vann misjuq minn raġel ta’ 29 sena mill-Gżira u karozza misjuqa minn mara ta’ 41 sena residenti San Pawl il-Baħar. Fortunatament, il-mara ma sofriet l-ebda ġrieħi.
Madanakollu, fuq il-post issejħet ambulanza hekk kif ir-raġel sofra minn ġrieħi gravi.
//= $special ?>