Lokali

Raġel arrestat u ieħor bi ġrieħi gravi wara argument f’San Pawl il-Baħar

Libjan ta’ 40 sena nżamm arrestat filwaqt li raġel ta’ 54 sena spiċċa kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara argument f’San Pawl il-Baħar.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-siegħa tas-Sibt waranofsinhar fi Triq il-Parroċċa, f’San Pawl il-Baħar meta għal xi raguni seħħ argument bejn il-barrani ta’ 40 sena, raġel ta’ 54 sena kif ukoll tfajla ta’ 25 sena, lkoll minn San Pawl il-Baħar.

Fil-post ġew imsejħa minnufih uffiċjali tal-Pulizija kif ukoll tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lit-tfajla u lir-raġel l-isptar għal aktar kura fejn iż-żagħżugħa ġiet ċertifikata li ġarbet ġrieħi ħfief filwaqt li r-raġel ġarrab ġrieħi gravi.

Kelliema għall-Pulizija spjegaw li l-Libjan inżamm mill-Pulizija sabiex jassisti fl-investigazzjonijiet.