Il-Pulizija għaddejja bi tfittxija ta’ raġel b’rabta ma’ serqa li seħħet f’Raħal Ġdid kmieni is-Sibt waranofsinhar.
Dan wara li għall-ħabta tas-siegħa neqsin kwart ta’ waranofsinhar intalbet l-assistenza tal-Pulizija mill-RIU fi Triq Għajn Dwieli f’Raħal Ġdid fejn malli waslu fil-post l-uffiċjali sabu mara li stqarritilhom li kienet għadha kemm ġiet misruqa minn żewġ persuni.
Ftit wara li bdew it-tfittxija tagħhom fl-akwati l-Pulizija lemħu wieħed mill-irġel li kien jaqbel mad-deskrizzjoni li ngħatatilhom. Minnufih, malli ra lill-uffiċjali huwa ħarab jiġri, madanakollu ġie arrestat mill-ewwel u wara li saret tfittxija fuqu instabu affarijiet u dokumenti tal-vittma.
Intant, filwaqt li r-raġel ittieħed l-Għassa ta’ Raħal Ġdid għal aktar investigazzjoni, il-Pulizija għaddejja bi tfittxija tal-kompliċi.
//= $special ?>