Raġel minn Nepal ta’ 25 sena residenti l-Imsida, għal ħabta tal-5:15am, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Qrejten, il-Pietà.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn vettura, misjuqa minn raġel ta’ 59 sena residenti s-Siġġiewi, u mutur, misjuq mill-vittma.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>