Internazzjonali

Tfittxija għal tifel ta’ 14-il sena li kien qed jogħdos fil-Malasja

Żewġ persuni li sparixxew waqt li kienu qed jgħoddsu ‘il barra mill-kosta tal-Malasja, instabu qawwijin u sħaħ. Għalkemm tifel ta’ 14-il sena għadu rrapurtat nieqes.

It-tliet persuni kienu ilhom jumejn irrapurtati neqsin, bir-raġel ta’ 46 sena u żagħżugħa ta’ 18-il sena nstabu pjuttost ‘il bogħod minn fejn dehru l-aħħar.

Huma ttieħdu fi sptar biex jingħataw il-kura meħtieġa.

L-awtoritajiet qed ikomplu bit-tfittxija permezz ta’ żewġ ajruplani, 18-il dgħajsa u 90 persuna.