Fis-sigħat bikrin tal-lejl li għadda, mara qamet maħsuda hekk kif l-appartament fejn tgħix kien ħa n-nar.
Fortunatament, dawk li kienu fuq ġewwa ħelsuha ħafif hekk kif fuq il-post, għall-ħabta tas-1.30am, ġew imsejħa membri tal-Protezzjoni Ċivili li minnufih evakwaw lin-nies u bdew ħidma biex jintefa’ n-nar.
F’post li tefgħet fuq Facebook, Anna Babola talbet għall-għajnuna tal-pubbliku biex issib post fejn toqgħod hekk kif dan iż-żmien tas-sena mhux faċli ssib, b’mod speċjali post li lest jilqa’ annimali domestiċi.
Babola qalet kif l-appartament spiċċa nofsu maħruq u mgħerreq bl-ilma li ntuża’ biex jintefa’ n-nar.
Wieħed mill-qtates tagħha għamel madwar siegħa maqbud fuq ġewwa sakemm membri tal-Protezzjoni Ċivili ħarġuh il-bogħod mill-periklu.
//= $special ?>