L-organizzaturi tal-Oscars ħabbru li Will Smith ma jistax jattendi s-serati tal-Oscars għall-10 snin li ġejjin.
Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li Smith kien qam minn postu, tela’ ħdejn il-preżentatur komiku Chris Rock u tah daqqa ta’ ħarta wara li għadda battuta dwar il-kundizzjoni ta’ mart Will Smith.
L-organizzaturi tal-Oscars saħqu li dak li seħħ wassal biex tefa’ dawl ikrah fuq l-94 edizzjoni tal-Oscars hekk kif l-imġieba ta’ Smith kienet inaċċettabbli.
Will Smith kien skuża ruħu għall-azzjoni tiegħu.
//= $special ?>