Lokali

100 Kilometru għal Puttinu Cares

Matul il-ġurnata tal-Ħadd, l-atleta Drew Lang għamel ġirja ta’ 100 kilometru sabiex jinġabru fondi għal Puttinu Cares. Ġirja li matulha huwa saq ir-rota u ġera għal numru ta’ kilometri.

Edith Lang, il-mara ta’ Drew tkellmet dwar kemm huwa importanti li tingħata l-għajnuna kollha possibbli lil Puttinu Cares.

Għal Drew, din kienet sfida diffiċli hekk kif mhux biss kellu jissieled kontra uġiegħ f’irkoptu imma wkoll kontra r-rih u kontra l-ġuh u l-għatx, kif stqarret magħna Claudene Grech Spiteri, in-Nutritionist ta’ Drew Lang.

Is-sena li għaddiet Drew kien wettaq il-ħolma tiegħu biex jgħin lil familji li jinsabu fil-bżonn, billi ġabar madwar 16,000 ewro għal Puttinu Cares, bi sfida bl-isem ‘30 maratona fi 30 ġurnata’.

Madankollu, wara din il-kisba eċċellenti min-naħa ta’ Drew Lang, dan ma kienx biżżejjed, hekk kif mill-ġdid l-atleti Maltin reġgħu bdew il-ħidma tagħhom b’risq il-Fondazzjoni Puttinu Cares hekk kif ikkonfermat magħna Paula Briffa.

Prezenti sabiex jagħti sapport lil Drew kien hemm il-Vici Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius.

Tags