Kenneth Vella
Antoine Du Bourg u Infinite Knight rebħu t-tiġrijiet ewlenin li saru l-Ħadd wara nofsinhar fil-Marsa. Dawn kienu s-semi finali tat-Tazza l-Kbira għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640m. Għamlu parti mis-sbatax -il laqgħa tas-sena fuq disa’ tiġrijiet kollha tat-trott. Miż-żewġ semifinali Premier, tnax -il żiemel ikkwalifikaw għall-finali. Għal sena oħra t-Tazza l-Kbira qiegħed tittella’ bl-għajnuna ta’ Bank of Valletta.
It-tieni semifinali żviluppat fi dwell interessanti fid-dritta finali bejn l-Iżvediża Infinite Knight (Charles Degiorgio) u Charming Soldier (Cliferty Calleja). Kienet tal-ewwel li ħadet it-tieni rebħa konsekuttiva u f’Malta. Andante (Cherise Farrugia), Dynamit Life (Kerstin Galea), Doudou De Bouere (Jean Claude Pace) u Bambino Des Flots (Noel Baldacchino) kienu l-aħħar żwiemel li għamluha għall-aħħar fażi
Ir-rebbieħa kollha
I Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Mightiness (J. Bowell) Ħin – 3.27.4” (1.18.6”) 2. Basic Idef (P. Galea) 3. Espion De Braye (R. Schembri) 4. Gentleman De Larcy (A. Cassar)
II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Giotta Buissonay (R. Gatt) Ħin – 3.14.8” (1.13.8”) 2. Very Good Touchois (N. Baldacchino) 3. Falcon Du Hamel (M. Attard) 4. Eclipse De Morgane (M. Ellul)
III Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Febus Du Juille (K. Saliba) Ħin – 3.26” (1.18”) 2. Budets Lasse (D. Grima) 3. Ramon Dekkers (W. Galea) 4. Best Of Morchies (R. Mallia)
IV Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Bijou D’Aure (C. Camilleri) Ħin – 3.23.8” (1.17.2”) 2. Deal Des Marceaux (O. Briffa) 3. Evident Charm (M. Tanti) 4. Samson Ris (D. Gatt)
V Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. IKKANĊELLATA
VII Tigrija. Semifinali BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Antoine Du Bourg (R. Magro) Ħin – 3.20.1” (1.15.8”) 2. Gigant Well (Ch. Degiorgio) 3. Caviar Du Vivier (R. Gatt) 4. Unstoppable (C. Caruana) 5. Dunbar (C. Calleja) 6. Bara Min (C. Vassallo)
VIII Tiġrija. Semifinali BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Infinite Knight (Ch. Degiorgio) Ħin – 3.20” (1.15.6”) 2. Charming Soldier (C. Calleja) 3. Andante (Cherise Farrugia) 4. Dynamit Life (K. Galea) 5. Doudou De Bouere (J.C. Pace) 6. Bambino Des Flots (N. Baldacchino)
IX Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Tyra I.H. (Ch. Bartolo) Ħin – 3.25.6” (1.17.9”) 2. Erromanga (Cherise Farrugia) 3. Extreme Erca (A. Magro) 4. Faon De La Vitard (J. Gafa’)
//= $special ?>