Is-sewwieq ta’ Ferrari Charles Leclerc rebaħ il-Grand Prix tal-Awstralja fiċ-ċirkwit ta’ Albert Park biex kiseb t-tieni rebħa għal Ferrari dan l-istaġun. Iċ-champion ta’ RedBull Max Verstappen ma temmx il-Grand Prix wara problemi fil-karozza tiegħu. Madanakollu RedBull xorta waħda temmew fuq il-podium permezz tal-Messikan Sergio Perez li daħal fit-tieni post, b’George Russell jikseb l-ewwel podium għal Mercedes dan l-istaġun fit-tielet post.
Is-seba’ darbiet champion tad-dinja Lewis Hamilton temm fir-raba’ post segwit mill-Brittaniku ta’ McLaren Lando Norris. Fis-sitt post temm l-Awstraljan Daniel Ricciardo, b’Esteban Ocon u Valtteri Bottas jidħlu fis-seba’ u t-tmien post rispettivament. Pierre Gasly ta’ AlphaTauri temm fid-disa’ post, b’Alex Albon jidħol mal-postijiet tal-punti fl-għaxar post.
//= $special ?>