Skont data li qed toħroġ fuq sit partikolari .. Ġie kkonfermat li fl-aħħar sigħat mietu tliet persuni oħra waqt li kienu pożittivi għall-Coronavirus sabiex b’hekk it-total ta’ vittmi f’pajjiżna hu dak ta’ 662.
Net News jista’ jikkonferma wkoll li Bejn is-Sibt u l-Ħadd ġie mħabbar ukoll li f’pajjiża ġew irreġistrati 542 persuna oħra pożittiva għall-virus filwaqt li fiequ 320 persuna oħra.
B’hekkit-total ta’ każi issa huwa dak ta’ 9,043.
Fid-dawl tal-fatt li l-Ministeru tas-Saħħa mhux jippubblika ċ-ċifri tal-Covid f’pajjiżna, il-pubbliku m’għandux aċċess għall-ammont ta’ persuni li jinsabu fl-Isptar Mater Dei pożittivi għall-virus u dawk li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.