Filwaqt li l-qawwiet tal-Kremlin qed jifħu l-fronti tal-gwerra ġodda fl-Ukrajna, qed jidher dejjem aktar l-impatt tat-telfiet li spiċċaw iġarrbu l-militar tar-Russja waqt l-invażjoni tal-Ukrajna.
Is-sitwazzjoni hi tant li l-Ministeru tad-Difiża Britanniku żvela li l-Armata Russa, issa, qed tipprova ssaħħaħ il-qawwiet tagħha bl-eks-suldati li ilhom li spiċċaw mis-servizz mill-2012.
Intant, ir-Russja, fl-isforzi ddisprati biex tpatti għas-suldati mitlufa. qed tipprova tirrekluti truppi mir-reġjun ( mhux irrikonoxxut) ta’ Transnistria fil-Moldova – bl-iżvilupp jenfasizza l-prezz qares li spiċċaw ħallsu l-eluf tas-suldati Russi waqt l-invażjoni.
//= $special ?>