Il-Viċi-Prim Ministru tal-Ukrajna, Iryna Vereshchuk, qalet li l-awtoritajiet fi Kiev qablu dwar disa’ rotot umanitarji li għandhom jgħinu liċ-ċivili biex jaħarbu mill-battalji li għaddejjin fl-artijiet Ukreni tal-Lvant.Dan meta l-uffiċjali militari fir-Renju Unit qalu li żdiedu l-provi li t-truppi tar-Russja qegħdin jibbażaw fuq ‘strateġiji għall-attakki preċiżi’ fuq iċ-ċivili Ukreni.
Fi żviluppi oħra, Pascal Hundt, li hu l-Kap tal-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar fl-Ukrajna, qal li l-ħaddiema ta’ fejda ma rnexxilhomx jilħqu l-belt tal-port ta’ Mariupol minkejja jiem ta’ tentattivi ddisprati. Iċ-ċivili f’Mariupol ilhom il-ġimgħat taħt assedju kiefer mill-qawwiet Russi u l-kundizzjonijiet fiz-zona wassu biex il-membri tas-Salib l-Aħmar iduru lura mill-inħawi minkejja li laħqu waslu sa 20 kilometru ‘il bogħod mill-belt.
Madankollu numru ta’ refuġjati li kienu qed jaħarbu miz-zona bil-karozzi privati ssieħbu mal-konvoj tas-Salib l-Aħmar, b’aktar minn 1,000 eks-resident ta’ Mariupol, fl-aħħar sigħat, jaslu fl-inħawi ta’ Zaporizhzhia.
//= $special ?>