Il-Papa Franġisku, fl-aħħar tas-servizz għal Ħadd il-Palm fil-Vatikan, sejjaħ biex il-partijiet involuti fil-Gwerra tal-Ukrajna jieqfu mill-ostilitajiet għall-perjodu tal-Għid u jaħsbu bis-serjetà għal negozjati li jwasslu għall-paċi.
L-għexieren tal-eluf miġbura fi Pjazza San Pietru, f’Ruma, semgħu l-appell imqanqal tal-Papa biex il-pajjiżi avversarji jwarrbu għall-armi u jimpenjaw ruħhom għall-paċi wara daqstant jiem ta’ dmija fl-Ukrajna.
Il-Kap tal-Kattoliċi, imbagħad, talab biex l-appell tiegħu ma jaqax fuq widnejn torox u biex il-ġellieda ‘ma jkomplux bil-kumbattimenti ( wera l-perjodu ta’ kwiet) iżda jissuktaw fit-triq lejn il-paċi permezz tat-taħditiet.’
//= $special ?>