Is-Sibt 9 t’April saret inizjattiva ta’ għoti ta’ demm bil-kollaborazzjoni ta’ Joe Chetcuti preżentatur tal-Programm Marċi u Bandalori fuq NET FM, kif ukoll bil-kollaborazzjoni tal-Għaqda Każini tal Banda.
Din l-inizjattiva seħħet għat-tieni sena konsekuttiva li tulha għadd ġmielu ta’ Każini tal-Banda reġgħu irrikorrew biex jagħtu d-demm u jgħinu biex kemm jista’ jkun il-Bank tad-Demm ikollu riserva tajba f’kull jum ta-sena. Din l-attività fir-realtà kellha issir Is-Sibt li għadda, iżda minħabba ż-żjara tal-Papa ġiet trasferita għal-lum.
Għalkemm in-numru ta’ konkorrenti kien tajjeb, sfortunatament minħabba li bħalissa hawn ħafna nies kwarantina numru ta’ persuna li kienu ser jipparteċipaw kellhom iħassru l-appuntament għal-lum, iżda taw il-kelma li wara li jispiċċaw il-kwaratina jersqu u jagħtu d-demm minnfih.
Minn issa stess wieħed iħares ‘il quddiem biex għal-żmien ir-Randan tas-sena li ġejja jerġa’ jorganizza din l-inizjattiva li issa daħlet fil-kalendarju tal-Programmm Marċi u Bandalori fuq NET FM.
