Lokali

Jitlef ħajtu r-raġel ta’ 31 sena li ttajjar fil-Marsa

Sfortunatament tilef ħajtu r-raġel ta’ 31 sena mill-Eritrea li t-Tnejn li ghadda itajjar minn karozza fil-Marsa.

L-inċident seħħ fil-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn għall-ħabta tat-tlieta u kwart ta’ filghodu fi Triq Diċembru Tlettax, fejn il-vittma ntlaqat minn vettura li kienet qed tinstaq minn ragel ta’ 32 sena miz-Zejtun.

Il-barrani ingħata l-għajnuna minn tim mediku fil-post, u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn hemm gie konfermat li wegga’ serjament. Sfortunatament, wara sitt ijiem jiggieled għal hajtu, huwa tilef il-battalja kontra l-mewt.  Bil-każ kienet ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Lara Lanfranco li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.