Lokali

“Seta’ sar ħafna iktar dwar il-governanza t-tajba” – Josè Herrera

Matul dawn l-aħħar snin seta’ sar ħafna iktar fejn tidħol il-governaza tajba u s-saltna tad-dritt.

F’intervista li saritlu minn The Malta Independent, l-eks Ministru Laburista Jose Herrera qal li kien hemm diversi drabi fejn Gvern Laburista seta’ għamel ħafna iktar sabiex jiġġieled il-korruzzjoni u f’pajjiżna jkun hawn tassew governanza tajba.   

Jose Herrera kien wieħed mill-Ministri Laburisti li tħalla l-art fl-Elezzjoni Ġenerali li għaddiet hekk kif ma ġiex elett ghal-legislatura l-ġdida.

F’din l-intervista…l-eks Ministru tal-Kultura enfasizza l-importanza li jkun hemm iktar investiment għal dan is-settur f’pajjiżna. Dan għaliex is-settur turistiku jibbaża ħafna fuq kemm l-aspett kulturali jkun wieħed b’saħħtu ….u għalhekk jattira aktar turisti lejn Malta u Għawdex.

Fi kliemu stess huwa sostna li jkun l-ikbar diżastru jekk ma jkunx imħares il-patrimonju li għandna f’pajjiżna. Ma naqasx ukoll li Jose Herrera, li jipprattika ta’ avukat, jitkellem dwar is-sistema ġudizzjarja ta’ pajjiżna…  fejn saħaq li sabiex din tkun b’saħħitha, għandha titnaqqas l-istennija ta’ kemm idumu biex jinstemgħu ċerti każi fil-Qrati Maltin… dan hekk kif ġieli jkun hemm każijiet li jdumu iktar minn għaxar snin sakemm jinqatgħu.