Raġel ta’ 35 sena mill-Eritrea residenti l-Marsa ntbagħat sitt xhur ħabs wara li ammetta li pprova jivvjaġġa b’dokument falz.
Il-Ħadd filgħodu .. il-prosekuzzjoni tenniet li l-akkużat, li huwa sid ta’ ħanut tax-xagħar fil-Ħamrun u li ilu joqgħod Malta għal dawn l-aħħar tmien snin, inqabad juża passaport tal-Gambja ta’ persuna oħra sabiex imur Franza.
Iżda minn naħa tiegħu, l-imputat qal li ried imur Franza għat-tieġ t’oħtu u stqarr li klijent tiegħu biegħlu passaport ta’ persuna oħra sabiex ikun jista’ jagħmel dan. L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u ntbagħat sitt xhur ħabs.
//= $special ?>