Lokali

ATTENT: Iċċekja l-lista taċ-ċikkulata kollha li possibilment għandha s-Salmonella

Wara li fis-7 ta’ April id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika kien avża li ċikkulata partikolari possibilment għandha s-Salmonella, issa qed javża li wara investigazzjonijiet li saru fuq is-suq, jidher li għalkemm l-importatur prinċipali f’Malta jimporta din id-ditta mill-Italja u mhux mill-Belġju fejn allegatament inħadmet iċ-ċikkulata kontaminata, hawn fis-suq ċikkulata oħra li hija magħmula wkoll fil-Belġju. 

Minħabba dan, id-Direttorat qed jaġġorna l-avviżi li nħarġu u javża li ċ-ċikkulati tad-ditta Kinder imniżżlin hawn taħt m’għandhomx jittieklu minħabba l-possibilità ta’ kontaminazzjoni bis-Salmonella.

Dawn huma ċ-ċikkulata li wieħed għandu jevita milli jiekol:

Isem tal-prodott:Kinder SurpriseKinder Surprise
Piż:20g
Dati tad-durabbiltà:Id-dati kollha sa u inkluż l-4 ta’ Jannar, 2023
Isem tal-prodott:Kinder Surprise x 3  
Piż:20g x 3
Dati tad-durabbiltàId-dati kollha sa u inkluż l-4 ta’ Jannar, 2023
Isem tal-prodott:Kinder Sorpresa Maxi “Puffi” u “Miraculous”
Piż:100g
Dati tad-durabbiltà:Id-dati kollha sa u inkluż l-21 ta’ Awwissu, 2022
Isem tal-prodott:Kinder Sopresa Pulcini  
Piż:120g
Dati tad-durabbiltà:Id-dati kollha sa u inkluż l-21 ta’ Awwissu, 2022
Isem tal-prodott:Kinder Surprise
Piż:100g
Dati tad-durabbiltà:Id-dati kollha sa u inkluż il-21 ta’ Awwissu 2022
Isem tal-prodott:Kinder Mini eggs
Piż:75g
Dati tad-durabbiltà:Id-dati kollha sa u inkluż l-21 ta’Awwissu 2022
Isem tal-prodott:Kinder Egg Hunt
Piż:150g
Dati tad-durabbità:Id-dati kollha sa u inkluż il-21 t’Awwissu 2022
Isem tal-prodott:Kinder Schoko-BonsPicture1
Piż:70g, 200g u 320g
Dati tad-durabbiltà:Id-dati kollha sa u inkluż 4 Jannar, 2023
Isem tal-prodott:Schoko-Bons
Ditta:Kinder
Piż:46g
Lottijiet:Lottijiet kollha sa L098L
Dati tad-durabbiltà:Id-dati kollha sa u inkluż 19/11/2022
Isem tal-prodott:Schoko-Bons
Image preview
Ditta:Kinder
Piż:125g
Lottijiet:L288, L291, L293, L301,L302, L306, L307, L310, L312, L313, L316, L319, L320, L321, L326, L327, L328, L329, L334, L337, L338, L341, L347, L348, L349, L351, L352, L356, L005, L006, L028, L029
Dati tad-durabbiltà:Id-dati kollha bejn u inklużi t-28/05/2022 sad-19/08/2022

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 21337333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq mhi@gov.mt.