Żewġ gowls fit-tieni taqsima kienu biżżejjed għal Bologna biex ikomplu bis-serje pożittiva fejn telgħu fit-tnax il-post b’37 punt filwaqt li Sampdoria baqghu fis-sittax il-post b’29 punt. Minkejja li Bologna kellhom aktar pussess matul l-ewwel taqsima, b’xi mod Sampdoria żammew l-iskor intatt. Matul it-tieni taqsima żdiedet il-pressjoni minn Bologna li fil-61 minuta fetħu l-iskor.
Minn cross ta’ Hickey lejn Mitchell Dijks li kompla lejn MARKO ARNAUTOVIC li ma kellu ebda problema jgħeleb lil Emil Audero. Sampdoria naqsu li jwettqu reazzjoni b’Bologna jibqghu fuq l-offensiva b’għadd ta’ azzjonijiet li mpenjaw lil Audero. Fis-76 minuta minn cross ta’ Dijks, Yoshida ma kklerjax tajjeb, approfitta ARNAUTOVIC li għamel l-iskor 2 – 0 bit-tieni gowl personali u litteralment għalaq il-partita.
//= $special ?>