Nappella sabiex flimkien nitolbu mhux biss għas-soċjetà tagħna iżda ankè għal poplu Ukren li qed iħabbat wiċċu ma kefrija u distruzzjoni liema bħala.
Sostna dan it-Tnejn filgħodu l-Arċisqof ta’ Malta, Monsinjur Charles Scicluna hekk kif kien qed jindirizza l-omelija tiegħu waqt ċelebrazzjoni ta’ Quddiesa mill-Knisja ta’ Ġieżu fil-Belt Valletta – celebrazzjoni bhala parti minn gurnata shiha dedikata ghall-paci fid-dinja.
L-Arcisqof insista li f’dawn il-jiem ta’ riflessjoni qawwija, fil-Ġimgħa Mqaddsa hemm bżonn nħaddnu verament il-valur tal-imħabba, tad-devozzjoni u l-lealtà.
L-Arċisqof stqarr illi bħal ma dejjem jirrepeti l-Papa Franġisku, il-Mulej qatt ma jixba jaħfrilna … iżda huwa aħna li ngħejjew nitolbu maħfra.
Huwa saħaq li missirijietna nafuhom jitkellmu dwar it-tbatija li d-dinja għaddiet minnha matul it-tieni gwerra dinjija…u issa, 80 sena wara, qed nerġgħu naraw l-istess xeni.
L-Arċisqof appella sabiex flimkien nitolbu biex l-aġir iblah u kiefer ta’ xi wħud jieqaf, għaliex ebda poplu m’għandu dritt jumilja lill-ieħor.
Għaldaqstant l-Arċisqof Charles Scicluna appella sabiex verament il-poplu tad-dinja jitgħallem iħaddan il-valuri tal-maħfra, rikonċiljazzjoni u dak tal-umiltà.
Din il-quddiesa kienet l-ewwel wahda minn serje ta’ celebrazzjonijiet li se tmexxi l-Knisja f’Malta matul din il-gimgha – celebrazzjonijiet li jilhqu l-qofol taghhom f’Ħadd il-Għid, nhar il-Ħadd li ġej.
//= $special ?>