Formula 1 Sport

Friżati l-assi ta’ Nikita Mazepin

(Ritratt: EPA)

L-awtoritajiet Taljani ffriżaw l-assi tas-sewwieq tal-Formula 1 Nikita Mazepin fosthom diversi propjetajiet li jammontaw għal aktar minn £100 miljun. L-eks sewwieq ta’ Haas u missieru Dmitry, oligark Russu kienu sanzjonati wara l-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna . It-Taljani issanzjonaw lukanda villa fl-area ta’ Portisco f’Olbia, f’Sardenja.

Dmitry Mazepin kellu wkoll ishma fit-tim tal-Formula 1 Haas kif ukoll fl-isponsor ewlieni tagħhom, Ukralkali, produttur tal-fertilizzanti Russi. Oligarki Russi oħra li kienu sanzjonati huma l-eks shareholder ta’ Arsenal u Everton Alisher Usmanov, Vladimir Soloviev, Gennady Timchenko, Oleg Savchenko u Petr Aven.