Bdiet l-aħħar fażi ta’ preparazzjoni fi ħdan il-Malta Wheelchair Basketball Association fejn l-għan ewlieni huwa għad debutt f’kompetizzjoni internazzjonali tal-wheelchair basketball.
Dettalji ingħataw mill-President tal-Malta Wheelchair Basketball Association Noel Aquilina fejn ħabbar li Selezzjoni Maltija mistennija tiddebutta fit-Tournament ta’ Kwalifikazzjoni tal-International Wheelchair Basketball Federation EuroCup 2022.
Preżenti għal laqgħa mal-ġurnalisti Paul Sultana , President tal-Malta Basketball Association fejn ġedded l-appoġġ tiegħu lil Malta Wheelchair Basketball Association u awgura kull suċċess fid-debutt internazzjonali.
Preżenti wkoll Prof. Joseph Grima, President tal-Malta Paralympic Committee , David Azzopardi – Teżorier tal-Kumitat Olimpiku Malti kif wkoll plejers tas-selezzjoni Maltija li mistennija jieħdu sehem fit-Tournament ta’ Kwalifikazzjoni li se jsir f’Lille, Franza bejn il-21 u l-24 ta’ April.
Fil-grupp Malta Wheelchair Basketball Association hemm LUC Lille Handibasket , Elan Chalon Basket-Fauteuil – Franza , Wheel Foxes – Armenja u Hubo Limburg United on Wheels – Belgju . Din hija l-ewwel darba li fi grupp ta’ kwalifikazzjoni tal-Federazzjoni Internazzjonali Wheelchair Basketball se jieħdu sehem timijiet minn Malta u Armenja.
//= $special ?>