Fil-Jum Internazzjonali ta’ Għarfien dwar l-Aljenazzjoni tal-Ġenituri, numru ta’ persuni se jkunu qed jinġabru għall-velja quddiem il-ħabs ta’ Kordin fejn se jkunu qed jappellaw għat-tibdil fil-liġi u titjib fil-proċeduri tal-Qorti tal-Familja.
L-Għaqda Happy Parenting – Malta (For Happier Children) għamlet diversi proposti fejn fost oħrajn semmiet li l-ġenituri, kemm ommijiet jew missirijiet li jispiċċaw vittmi ta’ parental alienation, m’għandhomx jintbagħtu l-ħabs fuq sempliċiment allegazzjonijiet u għax ġenwinament m’għandhomx biex iħallsu l-manteniment.
Huma qed jappellaw biex ikun hemm bord apposta magħmul minn professjonisti legali u mill-qasam tal-ħarsien soċjali li huma esperti fis-suġġett ta’ Parental Alienation sabiex ikunu huma li jagħtu pariri lill-Ġudikatura.
L-Għaqda tfakkar fil-każijiet li kienu fil-midja fejn il-vittmi ntbagħtu l-ħabs mingħajr ħtija. U dan għandu jwassal biex pajjiżna jgħaraf ikun aktar konxju ta’ kemm ħsara rreparabbli ssir fuq il-ġenituri u fuq kollox fuq it-tfal.
U komplew li t-tfal għandhom ikollhom iż-żewġ ġenituri preżenti f’ħajjithom u mhux wieħed minnhom jispiċċa l-ħabs bla ġustifikazzjoni hekk kif l-istigma minnha nnifisha hi diġa’ tqila ħafna.
//= $special ?>