Il-Kanċillier tal-Awstrija, Karl Nehammer, għadu kemm beda taħditiet, f’Moska, mal-President tar-Russja Vladimir Putin.
B’hekk, Nehammer sar l-ewwel mexxej mill-Unjoni Ewropea li ltaqa’ mal-President Russu mill-bidu tal-invażjoni tal-Ukrajna mill-qawwiet Russi fl-24 ta’ Frar li għadda.
L-Awstrija, li mhix membru tan-NATO, qed iżżomm relazzjonijiet diplomatiċi pjuttost kordjali mar-Russja u kemm-il darba pruvat isservi bħala medjatur fil-kwistjonijiet dwar l-interessi tal-Ewropa u ta’ Moska.
Qabel din il-laqgħa, Nehammer qal li l-iskop wara t-taħditiet huwa l-promozzjoni tad-djalogu bejn ir-Russja u l-Ukrajna,.
//= $special ?>