Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Konflitt li qed iwassal għal rwol sinifikanti għan-NATO

Jens Stoltenberg

Is-Segretarju Ġenerali tan-NATO, Jens Stoltenberg, wieġeb għall-fażi ġdida tal-konflitt fl-Ukrajna bi stqarrija li l-Alleanza tal-Punent għaddejja ‘minn trasformazzjoni fundamentali li tirrifletti l-konsegwenzi fit-tul tal-gwerra li Vladimir Putin qed jinsisti biha’.

Jens Stoltenberg qal ukoll li n-NATO qed tħejji għal preżenza militari permanenti mal-fruntieri tagħha,.

Dan bħala parti minn strateġija biex il-pajjiżi tal-Alleanza jkollhom difiża xierqa għal kontra kwalunkwe aggressjoni min-naħa tar-Russja.