Ir-Russja u l-Ukrajna qablu li jinfetħu disa’ rotot ġodda għall-evakwazzjoni ta’ ċivili Ukreni miz-zoni tal-battalji kif ukoll mill-ibliet taħt assedju, inkluża Mariupol.
L-isforzi għall-evakwazzjoni qed jibbażaw partikularment fuq il-ferroviji li suppost qed joħorġu liċ-ċivili mir-reġjuni ta’ Donetsk u Luhansk, lejn il-lvant tal-Ukrajna.
L-aħħar rapporti qalu wkoll li ajruport fil-belt ta’ Dnipro ( fiċ-ċentru tal-Ukrajna) inqered waqt attakk bir-rokits tar-Russi. L-awtoritajiet lokali qalu li l-missili laqtu direttament lil din il-faċilità kif ukoll lill-infrastruttura ta’ madwar l-ajruport.
//= $special ?>