Il-President Ukren Volodymyr Zelensky indirizza lill-Parlament tal-Korea t’Isfel b’videolink fejn informa lid-deputati f’Seoul li l-Ukrajna teħtieġ ħafna aktar għajnuna jekk għandha tkompli tirreżisti lill-qawwiet tar-Russja.
Hu irrefera wkoll għat-traġedji umani li qed jispikkaw fl-Ukrajna u, waqt id-diskors, semma l-probabbiltà li mietu l-għexieren tal-eluf ta’ ċivili fil-belt ta’ Mariupol, li ilha l-aħħar ġimgħat tbati l-attakki kontinwi mill-qawwiet Russi megħjuna mill-ġellieda Ċeċeni.
Ħarġet anki informazzjoni inkwetanti dwar is-sitwazzjoni f’Mariupol, bir-Renju Unit iwissi li r-Russja, x’aktarx, li qed tuża l-bombi u munizzjon tal-fosforu fost il-ġlied kontinwu għall-kontroll tal-belt.
Dan ukoll, waqt li li l-Prosekutur Ġenerali tal-Ukrajna, Iryna Venediktova, qalet li nstabu ‘il fuq minn 1,200 katavru fir-reġjun ta’ Kiev u li ħafna minnhom huma ‘ċivili li spiċċaw immassakrati mir-Russja’
//= $special ?>