Iż-żagħżugħ Kai Azzopardi rebaħ l-unur tal-Atlas Atleta Żagħżugħ tax-Xahar għal Marzu. Dan wara li rebaħ il-Kampjonati Nazzjonali tad-Duathlon li saru f’Għawdex, bit-tellieq tkun karatterizzata minn kundizzjonijiet tat-temp xejn faċli.
Il-coach ta’ Azzopardi, Danica Bonello Spiteri faħħret liż-żagħżugħ ta’ 15-il sena għall-abilta’ li wera kif ukoll għall-impenn li juri lejn it-taħriġ.
Azzopardi kien ukoll paretċipi f’kamp ta’ taħriġ organizzat mill-Fondazzjoni Pho3nix li sar f’Lausanne fl-Iżvizzera, kif ukoll hu wieħed mit-triatleti li jitħarrġu mal-Akkademja Maltija taż-Żgħażagħ tat-Triathlon.
Barra minn hekk, f’Lulju li għadda, Kai ħa sehem fit-Trumer Super Sprint Distance Triathlon li saret f’Obertrum Am See fl-Awstrija, fejn temm fl-ewwel post overall u fil-kategorija tiegħu.
//= $special ?>