Lokali Qorti

Kumpens ta’ kważi €9,000 fuq tkeċċija nġusta minn fuq il-post tax-xogħol

It-tribunal industrijali ordnat lill-kumpanija ta’ Kandja Construction Ltd. biex jgħaddu kumpens ta’ €8,824 lil eks ħaddiem tagħha li kien tkeċċa inġustament minn fuq il-post tax-xogħol. Anthony Gambin ta’ 64 sena, li kien jaħdem bħala ‘site supervisor’ kienn tkeċċa mix-xogħol għax skont il-kumpanija li kienet tħaddmu ix-xogħol li kien assenjat li jagħmel fi proġett li kien għaddej kien intemm.

Madankollu mill-provi rriżulta li fil-binja kien  għad fadal xogħol xi jsir li jinkludi tikħil u tqegħdid ta’ madum minbarra l-finishings. Sa sitt xhur wara li tkeċċa, l-proġett ma kienx tlesta kompletament, bid-Direttur tal-kumpanija jgħid li r-rwol ta’ Gambin kien intemm.

Adrian Callus li kien qed jaħdem fil-proġett qal fix-xhieda tiegħu li meta Gambin spiċċa m ix-xogħol minkejja li l-binja kienet tlestiet, kien hemm kmamar li ma kienxu imkaħħla, la kien hemm torba u lanqas kien tqiegħed il-madum.

Gambin kien beda jaħdem mal-kumpanija minn Ottubru tal-2018 fuq kuntratt indefinit bħala site supervisor għall-proġett tal-Caritas Malta biex jinbena ċentru ta’ riabilitazzjoni mid-droga għal żgħażagħ taħt is-16-il sena. F’Jannar tal-2021 id-direttur tal-kumpanija Renato Vidal informa lil Gambin li mill-15 ta’ Jannar, 2021 ma kellux jirraporta aktar għax-xogħol għaliex l-impieg tiegħu kien terminat.

Fil-kawża li huwa fetaħ fit-tribunal li kien presedut miċ-Chairman Joseph Gerada, l-ħaddiem qal li t-terminazzjoni tal-impieg tiegħu saret bla raġuni valida. Il-kumpanija minn naħa tagħha qalet li tmiem l-impieg seħħ għal raġuni ta’ ‘redundancy’.

Gambin qal li xogħolu bħala ‘site supervisor’ kien jikkonsisti li jirreġistra kull vettura u persuna li jaċċedi għal compound f’Ta’ Kandja Construction Ltd. fuq il-propjetà ta’ Caritas Malta, jirreġistra l-materjal ta’ kostruzzjoni li jiġi mdaħħal bħala konskos, ġebel u materjal ieħor użat għall-kostruzzjoni u anke materjal użat għall-installazzjonijiet.

Din ir-reġistrazzjoni kienet issir fuq formoli mogħtija lilu minn impjegat ta’ Construct Furniture li s-sid tagħha kien Valerio Camilleri. Il=ħaddiem qal li dan kien dejjem għajnjeh fuq imma qatt ma kien  hemm rapporti ta’ xi serq jew xi oġġetti li għosfru mis-sit bl-eċċezzjoni ta’ meta d-Diretturi Renato Vidal u Simon Muscat qalulu biex jikxef minn allegatament kien seraq xi oġġetti.

Gambin qal li hu ma kellux ħjiel ta’ dan is-serq u wisq anqas min setgeħt kienet il-persuna responsabbli. Wara li għadda min dan kollu Gambin tkeċċa skont il-kumpanija għax ma kienx baqa’ xoxgħol xi jsir, argument li kien skartat mit-tribunal./ Għal ħaddiem deher l-Avukat David Gatt.