Man Utd mhux mistennija jieħdu l-ebda azzjoni kontra Cristiano Ronaldo wara l-inċident li kellu wara t-telfa kontra Everton fl-aħħar ħarġa tagħhom. B’filmat fuq il-media soċjali, Ronaldo deher ikisser mobile ta’ tifel li kien qed joħodlu ritratt. Il-media Ingliża qed tirraporta li Man Utd aċċettaw l-apoloġija ta’ Ronaldo u m’humiex se jkunu qed jieħdu l-ebda azzjoni fil-jiem li ġejjin.
Minkejja li l-club mhux mistenni jieħu pass fil-konfront ta’ Ronaldo, il-pulizija ta’ Merseyside xorta waħda għadhom jinvestigaw il-każ wara li omm t-tifel, li huwa awtistiku, qalet li Ronadlo agredixxa lit-tifel tagħha, li wara l-inċident ma jridx jaf aktar bil-futbol.
//= $special ?>