Lokali

Vara ġdida tar-Redentur biex tagħlaq is-sett tal-passjoni ta’ Kristu

Il-Bażilika ta’ Kristu Re, f’Raħal Ġdid, laqgħet l-aħħar vara tas-sett tal-passjoni – il-vara tar-Redentur, li ssawret minn Michael u Adonai Camilleri Cauchi.

Dan is-sett ilu jinħadem mill-1987… vari li saru mhux biss minn dawn iż-żewġ artisti, iżda wkoll minn Alfred Camilleri Cauchi.

Net News tkellem mal-Kappillan tal-parroċċa, Dun Marc Andre Camilleri … li spjegalna kemm intlaqghet b’mod tajjeb din il-vara min-nies ta’ Rahal Gdid, u d-dilettanti kollha tal-Gimgha l-Kbira.

Din il-vara l-ġdida hi pjanata li tinħareġ għall-ewwel darba din is-sena fil-Ġimgħa l-Kbira.

Dan l-aħħar sett se jkun qed jieħu post is-sett li sar fl-1945, sett li kien jinħareġ qabel… bir-Redentur ta’ qabel xorta waħda se jibqa’ jintuża.

Is-sett riċenti li issa huwa komplut, jgħaqqad 10 vari tal-passjoni li jinsabu madwar il-Bażilika ta’ Kristu Re.

Ritratti: Martin Agius