Il-Parroċċa ta’ Santa Marija Mtellgħa s-Sema qed tiċċelebra ċ-ċentinarju tal-vara titulari li nġabbet f’Malta nhar it-18 t’April 1922, u li ġiet inawgurata fl-Imġarr, l-għada, nhar id-19 t’April.
Għal din l-okkażżjoni fil-Parroċċa tal-Imġarr, ġie mħejji programm ta’ ċelebrazzjonijiet mifruxa fuq jumejn. Il-kumplament tal-festi ċentinarji se jsiru fis-Sajf, fil-festa titulari tal-Parroċċa.
Fl-ewwel jum, nhar it-Tnejn, 18 t’April 2022 (l-għada tal-Għid il-Kbir) fis-7.00pm se ssir quddiesa u wara pellegrinaġġ bl-istatwa artistika u devota tal-Verġni Mbierka Mtellgħa s-Sema mat-toroq tal-parroċċa.
Imbagħad l-għada, it-Tlieta, 19 t’April 2022 fis-7.00pm, ser tiġi iċċelebrata quddiesa solenni, fil-Knisja Parrokkjali mmexxija ninn Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna. Il-poplu tal-Imġarr u dawk kollha devoti tal-Assunta huma mħeġġa biex jattendu għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet bħala ringrazzjament lil Alla u l-Marija Ommna tas-Sema, tal-għaqda u l-barka li ssawbu fuq dan ir-raħal ċkejken matul dawn il-100 sena tal-istatwa fostna.