Illum se jkunu magħrufa l-ewwel żewġ semifinalisti tal-UEFA Champions League hekk kif se jintlagħbu l-partiti ta’ ritorn. Fil-Bernabeu Real Madrid se jilagħbu kontra Chelsea wara r-rebħa kruċjali li kisbu fi Stamford Bridge, b’hat-trick mill-aqwa ta’ Karim Benzema. Chelsea u l-coach Thomas Tuchel se jkunu qed jittammaw li l-players iqumu għall-okkażjoni u juru l-livell ta’ futbol li verament kapaċi joffru, wara prestazzjoni deludenti għall-aħħar fl-ewwel leg.
Fil-partita l-oħra, fl-Allianz Arena fil-Ġermanja Bayern Munich se jkunu qed iħarsu li jevitaw eliminazzjoni umiljanti kontra Villarreal, wara li fi Spanja kienu megħluba bl-iskor ta’ 1-0. Minkejja li bosta qed jistennew li Bayern Munich idawwru r-riżultat u jikkwalifikaw, Villarreal żgur li se jkunu preparati tattikament mill-coach Unai Emery, li kellu bosta suċċessi fil-kompetizzjoni tal-Europa League ma’ Sevilla, u riċentament ma’ Villarreal.
UEFA CHAMPIONS LEAGUE
Illum: B.Munich v Villarreal 9.00pm, R.Madrid v Chelsea 9.00pm Għada A.Madrid v Man City 9.00pm, Liverpool v Benfica 9.00pm
//= $special ?>