Il-Pulizija fi New York qed tinvestiga sparatura li seħħet ftit tal-ħin ilu f’subway fi Brooklyn u li skont l-aħħar ċifri ħalliet talanqas 15-il midruba.
L-awtoritajiet fuq il-post ma jeskludux li l-attakk seta’ issarraf fil-maqtula, bil-pulizija u l-iskwadri għall-emerġenzi qegħdin iduru, bħalissa, fiz-zona tal-isparatura f’Sunset Park.
Il-Pulizija fl-inħawi sabu wkoll il-materjal splussiv li ma ngħatawx id-dettalji dwaru — bl-awtoritajiet mhumiex qed jeskludu għal azzjoni terroristika. Intant jidher li l-pulizija neħħew ‘il-materjal splussiv kollu’ mill-inħawi, bl-investigazzjonijiet qed ikomplu.
Ingħad li l-qawwiet tal-liġi qegħdin ifittxu għal raġel li ftit tal-ħin ilu deher b’maskra tal-gass u li kien liebes ‘overall’ oranġjo bħalma jilbsu l-ħaddiema fis-settur tal-bini.
L-awtoritajiet wissew biex in-nies jibqgħu ‘il bogħod minn 36th Street Station ta’ Sunset Park u wara li l-iskwadri għall-emerġenzi sabu numru ta’ midruba minxurin mal-art fl-inħawi.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
